Fuq grupp fuq Facebook, raġel tella’ erba’ ritratti taċ-ċitazzjoni li qala’ dwar kif ipparkja l-mutur.
“Jiena ma nafx u lanqas irrid nifhimhom kummiedji bħal dawn,” beda hu. “Ipparkjajt mal-ġenb biex inħalli post għal ħaddiehor u biex ma ntellifx il-bankina u l-mutur ma joħrogx ’il barra fit-triq u jiġi jħarrkek… għiduli naqra intom.”

Iżda fil-verità, skont il-liġi hemm miktub li: “Il-muturi m’għandhomx jiġu pparkjati paralellament mal-bankina jew ħajt tat-trip iżda għandhom jiġu pparkjati f’angolu ta’ mhux anqas minn 45 grad għal dik il-bankina jew ħajt.”

Dan ifisser li l-persuna li lmenta kien verament qed jikser il-liġi billi jipparkja b’dan il-mod.