“Lanqas Jirrealizzaw Kemm Tawni Saħħa Sempliċiment Billi Jeżistu” – Papa Chris

Chris, fuq il-paġna ‘The life of Papa Chris Malta’ iddedika kelmtejn għal uliedu l-għeżież, fejn spjega kemm huma importanti għalih.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu hu qal, “Uliedi huma r-raġuni għalxiex nagħmel kollox. Kull lejl mingħajr irqad, kull demgħa li naħbi, kull darba li nibqa’ niġġieled anke meta nkun għajjien, hu kollu għalihom. Lanqas jirrealizzaw kemm tawni saħħa sempliċiment billi jeżistu.”



Żied jgħid, “Il-mod kif jitbissmu, jagħjtuli Papa, isewwu kull ħaġa miksura fija. Mhumiex biss uliedi. Huma ħajti, il-paċi tiegħu, u r-raġuni għala qatt mhu se naqta’ qalbi, anke meta l-ħajja tkun diffiċli.”



M’hawn xejn isbaħ mill-imħabba ġenwina ta’ ġenitur lejn uliedu.



Ritratti:

Facebook / The life of Papa Chris Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI