"Lanqas Konna Nħarsu F'Għajnejn Il-Pulizija, Aħseb u Ara Nerfgħu Idejna" – Attakk Fuq Pulizija Waqt Il-Qadi Ta' Dmiru

Raġel ta’ 51 sena  aktar kmieni waranofsinhar tressaq il-qorti wara li weġġa’ serjament kuntistabbli tal-pulizija li kien qiegħed jipprova jarrestah. L-akkużat kien qiegħed jhedded u jaġixxi b’mod aggressiv ma’ raġel ieħor u għaldaqstant issejħet il-pulizija.

Fil-każ li ġara nhar il-Ħadd intervjena pulizija ieħor u spiċċa weġġa’ saqajh ukoll. Ir-raġel ġie akkużat li aggredixxa, insulta u hedded tliet uffiċjali tal-pulizija u li weġġa’ lil wieħed minnhom b’mod gravi. L-agressur ġie mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika.

Il-pulizija li ġie attakkat ġarrab ġrieħi serji fi rkopptejh u se jkun qed jieħu żmien twil biex jirkupra. L-akkużat ingħata bosta opportunitajiet mill-qorti biex jirriforma ruħu iżda jidher li baqa’ kif kien. Diversi persuni fuq il-midja soċjali anke uħud li għandhom qrabat pulizija rreaġixxew – “Meta kont żgħira jien lanqas konna nħarsu f’għajnejn il-pulizija, aħseb u ara nerfgħu idejna.”

Taħseb li hemm bżonn pieni aktar ħorox fuq vjolenza ta’ dat-tip?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI