Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħom, Association for Abandoned Animals laqqgħu lis-segwa1i tagħhom ma’ Layla, kelba tar-razza pointer li għandha madwar 4 snin u li qed tfittex id-dar dejjiema tagħha. Huma qalu li għandha personalita ħelwa ħafna, ġentili u mimlija mħabba.
Qalu, “Bħal ħafna oħrajn, instabet tiġri fit-toroq waħedha, iżda dan ma naqqsilhiex mill-ispirtu sabiħ tagħha. Layla hija l-kumpanija perfetta għal kull min qed ifittex ħabiba leali. Għaddiet minn ħafna, iżda issa kull ma trid huwa saqqu komdu u familja li tista’ ssejjaħ tagħha.”
Jekk hawn xi ħadd interessat li jagħti dar lil Layla għandu jagħmel kuntatt ma’ Association for Abandoned Animals.