Aktar kmieni dalgħodu ġie mħabbar il-kunċert A Night At The Palace. Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, għamlet stedina lin-nies, “Ingħaqdu magħna fit-22 ta’ Lulju fit-20.30. Biljetti b’xejn mill-uffiċcju tal-Prim Ministru minn nhar it-Tnejn 13 u t-Tlieta 14 ta’ Lulju bejn id-9:00 u nofsinhar. Dakinhar ser jinġabru donazżjonijiet b’risq numru ta’ santwarji tal-annimali.”
Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Dr Abela qalet ukoll li din barra li ħa sservi bħala lejla mużika, ħa tkun opportunità sabiex hi flimkien ma’ żewġha jiltaqgħu magħhom fil-Palazz tal-Girgenti. Mhux biss tkun qed tgawdi minn ftit mużika tal-ġenn imma għandek iċ-ċans li tgħin lil numru ta’ santwarji bid-donazzjoni tiegħek.
Facebook / Lydia Abela