Lestu Ruħkom! – Taf Għandna Tlitt Ijiem Ta' Xita Lesti Għalina!

Bl-ewwel jum tal-ħarifa fil-viċin, jidher l-ġranet xotti ħa jkunu qed isibu t-tmiem tagħhom ukoll! Dawn il-ftit jiem li ġejjin se jkunu ta’ hena u gawdija għalik jekk tħobb ix-xita!



 



Sewwa qrajtu, il-ftit ħalbiet li kellna matul il-ftit ġranet li għaddew kienu sinjal ta’ dak li ġej, hekk kif il-meteoroloġisti qed ibassru tliet ijiem ta’ xita li tibda għada l-11 ta’ Settembru.

Mis-Sibt sat-Tnejn, il-gżejjer Maltin għandhom ċans kbir li jilqgħu ħalbiet iżolati – mhux biss, imma l-maltempati bir-ragħad anke mistennija jolqtu l-pajjiż il-Ħadd filgħaxija.



It-temperaturi jidhru wkoll li se jkunu aħjar. Maltese Islands Weather qed ibassar li l-għola temperatura se tkun ta’ 29°C matul it-tlett ijiem li ġejjin, għalkemm tista’ tinħass madwar 34°C grazzi għall-umdità bla waqfien.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI