Ir-restorant rinomat ta’ fine dining, The Golden Fork fir-Rabat, ħabbar li l-kok stmata tiegħu, Letizia Vella – rebbieħa tal-Best Chef Awards tas-sena l-oħra f’Dubaj u ġurata fuq MasterChef Malta – dalwaqt tibda vjaġġ kulinarju eċċitanti.
Il-kok Letizia ser issaħħaħ il-ħiliet tagħha fir-restorant magħruf De Bokkedoorns, li għandu żewġ stilel Michelin u jispeċjalizza fil-kċina Franċiża fl-Olanda. Hemmhekk, hija se tagħmel ‘stage’, li fid-dinja kulinarja tirreferi għal apprendistat ta’ żmien qasir fejn il-kokijiet itejbu l-ħiliet tagħhom u jitgħallmu mill-aqwa fl-industrija. Din l-opportunità mhux biss se tgħolli l-kompetenza tagħha, iżda wkoll iġġib tekniki friski u ispirazzjoni ġdida lura fix-xena kulinarja ta’ Malta.
De Bokkedoorns, stabbiliment prestiġjuż li twaqqaf fl-1961, ilu jżomm żewġ stilel Michelin għal aktar minn 30 sena. Ir-restorant jinsab taħt it-tmexxija ta’ Pascal Beeren, it-tielet ġenerazzjoni tal-familja li qed tmexxi l-operat tiegħu. Matul l-stage, il-kok Letizia se taħdem mal-kok Roy Eijkelkamp, magħruf għall-ikel minimalist tiegħu fil-kċina, fejn jiffoka fuq il-ħolqien ta’ platti sempliċi li jenfasizzaw il-kwalità tal-ingredjenti tagħhom.
View this post on Instagram
Minħabba n-nuqqas tagħha, The Golden Fork ħabbar li se jkun magħluq minn għada 22 ta’ Jannar sal-Erbgħa 29 ta’ Jannar, u jinsab ħerqan biex jerġa’ jilqa’ lill-klijenti tiegħu wara dan, bi ħsibijiet u togħmiet li hi se ġġib magħha lura. Prosit lili Letizia għal din l-opportunità tad-deheb!
Instagram / Letizia Vella