Lexie DeBattista U Żewġha Kyle Iħabbru Li Qed Jistennew L-Ewwel Tarbija Tagħhom

Il-preżentatriċi u influencer Maltija Lexie DeBattista ħabbret aħbar mill-isbaħ fuq il-midja soċjali hekk kif, flimkien ma’ żewġha Kyle DeBattista, qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom.

Lexie qasmet filmat emozzjonanti li mal-ewwel laqat qalb is-segwaċi tagħha, filmat li juri mument intimu u mimli ferħ minn ħajjithom bħala koppja. Fl-istess post, hi kitbet messaġġ qasir iżda sinifikanti li jgħid, “Sena ġdida, kapitlu ġdid… u qed naħseb li dan se jkun l-aktar wieħed speċjali sa issa.

L-aħbar intlaqgħet b’mod pożittiv ħafna, b’ħafna kummenti ta’ awguri u mħabba minn ħbieb, familjari u segwaċi li ferħu magħhom għal dan il-pass importanti fil-ħajja tagħhom.

Mingħajr dubju, din is-sena se tkun waħda memorabbli għal Lexie u Kyle, hekk kif qed jippreparaw biex jibdew kapitlu ġdid bħala ġenituri għall-ewwel darba.

Awguri mill-qalb!







Ritratti:

Instagram / lexiedebattista

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI