Ilbieraħ kienet l-ewwel serata ta’ Storjakanta tal-Milied, kitba ta’ Trevor Zahra u sehem ta’ Joseph u Martina Galea Loffreda, Corazon u Neville fost oħrajn. Omm Corazon kienet pronta u kitbet x’ħasbet wara li ħarġet minn din ir-rapreżentazzjoni, “Ngħid il-verità, li kieku ma kinux qed jieħdu sehem Corazon u Neville, ma kontx niġi nara Storjakanta tal-Milied, għax il-postijiet fejn jinġemgħu n-nies qed naħrabhom. Imma lbieraħ ġejna ċ-Ċentru ta’ Kreattività u ma ddispjaċiniex”.
Mariella tgħid li ttieħdu l-prekazjoni meħtieġa u kważi esaġerati. Kien hemm aktar minn żewġ metri distanza bejnha u membri oħra tal-udjenza u ħassitha xxamplata u komda. “Għoġobni ħafna anke l-mod kif l-atturi kienu spazjati sew, minkejja li l-ispazju huwa minnu nnifsu ristrett. Dwar dan l-aspett inserraħ moħħ kulħadd li m’għandux għaliex jibża’”.

Hi tgħid ukoll li minkejja Trevor kien nieqes xorta kien jinħass matul ir-rappreżentazzjoni kollha, “Prosit, Trevor … u bilħaqq terġax titlob għas-silġ, għax kif ħriġna qlajna xebgħa silġ nobis!”
“Il-kanzunetta tal-Milied li varat Corazon f’din l-edizzjoni ta’ Storjakanta hemm bżonn li tinstema’ u tiġi apprezzata anke barra minn u wara Storjakanta” tgħid Mariella b’sens ta’ kburija għax-xogħol ta’ bintha. Jekk tixtieq tara din is-serata impekkabbli tista tagħmel dan billi żżur; HAWN.

Bilħaqq lil Corazon ser niskopru talent ieħor apparti dak li għandha!