“Li Narak Terfa’ Dak It-Trofew Kien Tfakkira Ta’ Kemm Int Verament Mimli Talent…” – Ir-Rebbieħ Ta’ MasterChef B’Messaġġ Mingħand L-Imħabba Ta’ Ħajtu

Steve - ir-rebbieħ ta' MasterChef Malta 4

Ilbieraħ tħabbar li Steven Attard huwa r-rebbieħ tat-tielet staġun ta’ MasterChef Malta. Waħda mill-persuni li kontinwament tkun ta’ sostenn għalih fil-professjoni tiegħu hi bla dubju l-imħabba ta’ ħajtu, Jade Fenech.

Jade tikteb, “Li jiena kburija mhix biżżejjed! Li narak terfa’ dak it-trofew hi tfakkira ta’ kemm int verament mimli talent. Imma mhux it-talent waħdu wasslek s’hawn – il-passjoni tiegħek għall-kċina, in-natura divertenti u kreattiva tiegħek, in-natura umli tiegħek, u l-kalma u l-kompożizzjoni ġenerali tiegħek għamluk il-parteċipant perfett għal din il-kompetizzjoni.”

Hi tkompli, “Bdejt dan il-vjaġġ mingħajr ma kont taf fejn u kif se jispiċċa… il-vjaġġ ma spiċċax. Dan huwa biss il-bidu, u bla dubju se tiddi f’dak kollu li ġej.”

Messaġġ sabiħ immens!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI