Oliver Scicluna għażel li permezz tal-paġna tiegħu, iqajjem iżjed għarfien dwar l-importanza tas-saħħa mentali.
Hu kiteb, “Xi kultant il-bniedem jistħi jgħid li għandu jieqaf, jibża jieħu l-mument ta’ pawża meta jħoss li l-piż fuq spallejh. Jistħi jgħid li għandu bżonn jistrieħ jew li għandu bżonn l-għajnuna. Għal snin twal jien bżajt, bżajt li jekk nurih x’qed inħoss nidher dgħajjef u niġi preġudikat li ma niswa għalxejn.”
Żied jgħid, “Iż-żmien għallimni nibża għas-saħħa mentali tiegħi għax jekk dik tmajna, ser immajna f’kollox li nagħmel u li nħobb. Int min int, x’pożizzjoni tokkupa ibża għal saħħtek. Li nitkellmu fuq is-saħħa mentali biss ma jiswa xejn. Irridu nipprattikaw.”
Facebook / Oliver Scicluna