“Li Nkun Ommok Kienet L-Isbaħ Esperjenza Ta’ Ħajti” – Claire Ta’ Big Brother F’Għeluq Snin Binha Leon

B’kitba emozzjonanti fuq il-midja soċjali, illum Claire li bosta jiftakruha f’Big Brother Malta, awgurat l-isbaħ xewqat lil binha Leon li proprju llum jagħlaq 16-il sena.

Claire stqarret li għadha tiftakar il-mument meta 16-il sena ilu kienet tant ħerqana sabiex tkun omm u llum il-ġurnata tistqarr li għaliha din l-esperjenza kienet l-isbaħ waħda “anke jekk stess forsi ma kinitx perfetta”.

“Inħobbok u kun af li jien verament kburija bik,” temmet tikteb l-eks parteċipanta ta’ Big Brother Malta.

Awguri!







Ritratti:

Instagram / Claire’s Curves

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI