Nicola hija persuna li persważ li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Sirna nafu l-karattru tant sabiħ tagħha fl-ewwel staġun ta’ Love Island Malta u riċentament rajniha wkoll tikkompeti f’Love Island Games.
Kif beħsibek tqatta jum l-ewwel tas-sena u temmen bir-riżoluzzjonijiet? Jek kiva, għamilt is-sena?
Għal jum l-ewwel tas-sena ser inkun mal-familja tiegħi nieklu flimkiken. Lejliet l-aħħar tas-sena kont Londra, sibna ristorant tajjeb u rajna l-murtali tal-London Eye. Nemmen ukoll bir-riżoluzzjonijiet, imma jaħdmu biss jekk verament iżżomm magħhom! Is-sena ma ħsibtx dwar riżoluzzjonijiet imma riżoluzzjonijiet li dejjem inżomm magħhom huma li nżomm kuntatt tajjeb ma’ sħabi u mal-familja, speċjalment peress li issa ngħix Londra, u li nibqa’ nieħu ħsieb saħti, nkun attiva, niekol ikel sustanzjuż, nagħmel eżerċizzju regolari u nieħu jiem ta’ self care.
X’inhi l-akbar differenza li ħassejt bejn il-villa ta’ Malta u dik tal-Istati Uniti?
Il-villa ta’ Love Island Malta u dik tal-USA! It-tnejn differenti immens. Il-villa ta’ Malta hija ferm iżgħar, imma l-ambjent huwa ftit jew wisq l-istess; iż-żewġ villel għandhom pixxina, għandhom in-nar, kmamar tal-irtokk u kmamar tas-sodda! Imma l-villa tal-Istati Uniti hija enormi! Propja hemm żewġ villel, imma li kont fiha jien kienet enormi! Kien hemm żewġ sulari, fuq kien hemm il-kamra tal-irtokk tat-tfajliet, kien hemm speakeasy, sauna u sunbeds, logħob fuq il-gallarija tal-kamra tal-irtokk, il-kċina ta’ isfel kienet ukoll ikbar minn ta’ Malta. Kellna mejda tal-ping pong, fire place kbir, pixxina, u ħafna postijiet oħra fejn tpoġġi u titkellem. Il-post favorit tiegħi kien id-dock, ħdejn il-baħar. Post sabiħ ħafna u kwiet fejn tista titkellem bil-kwiet fix-xemx. L-unika ħaġa l-istess fiż-żewġ villel hija l-arja ikkundizzjonata fil-kmamar tas-sodda! It-tnejn kesħin immens ħaħa!
Jekk ikollok tidħol għat-tielet darba fil-villa ta’ Love Island, tidħol? U għalfejn?
Jekk ikun hemm aktar spin offs ta’ Love Island bħal ngħidu aħna Love Island Games, kieku żgur immur għax verament ħadt gost, vera ħadt gost matul l-esperjenza kollha! Li vvjaġġajt għall-Amerka imbagħad għal Fiji għal Love Island kienet xi ħaġa li ftit min-nies biss ser jagħmluha f’ħajjithom. Li ntgħażilt fuq Love Island USA minn fost 4 membri ta’ Love Island Malta kienet tal-blieħ għalija! Xi drabi għadni qas irrid nemmen li verament għażlu lili! Vera ninsab grata.
Nerġa’ mmur għall-esperjenza, dejjem tagħmel ħbieb ġodda, u vera tieħu gost, anke l-filming ta’ qabel; ritratti, intervisti, filmati – esperjenza tal-blieħ! Għal filmat minnhom kellna mmorru fuq gżira oħra madwar Fiji, kienet gżira mimlija ramel! Vera kienet sabiħa, qatt m’jien ser ninsija! Dejjem esperjenza ta’ ħafna gost, kwalunkwe Love Island li tmur fih! Jekk int persuna soċjevoli, qalbek tajba, tħobb tieħu gost u tagħmel ħbieb ġodda, tagħmel memorji mill-isbaħ u tħobb il-press, televiżjoni u midja, mela nirrakkomandalek li tmur!
Xi tħoss li tgħallimt l-aktar mill-esperjenzi tiegħek fil-villa ta’ Love Island?
Meta tmur Love Island dejjem titgħallem affarijiet ġodda. F’ Love Island Malta tgħallimt nieħu ħsieb lili nnifsi l-ewwel, inpoġġi lili nnifsi l-ewwel, inħobb lili nnifsi u nagħraf il-valur tiegħi. Sirt aktar kunfidenti fija nnifsi u tgħallimt li jekk xi ħadd verament iħobbok u jimpurtah minnek, jagħmel dak kollu li jista biex jurik dan. F’Love Island USA tgħallimt li jekk tpoġġi rasek hemm u tibqa’ pożittiv, tista’ tagħmel kollox! Tgħallimt li jiena f’saħħti aktar milli ħsibt, u tgħallimt li ftit qalb tajba vera tagħmel differenza! Dejjem kun int! Qatt tibdel il-karattru jew il-personalita tiegħek sempliċiment għax qiegħed fuq it-televixin! Dejjem kun ġentil mal-oħrajn, ħu ħsieb ħaddieħor u ilqa’ lil kulħadd! Kun ħabib tajjeb kif ukoll semmiegħ tajjeb. Tkellem dwarek innifsek u dwar dak li qed tħoss u jekk tkun imdejjaq, taħbijiex! Uri l-emozzjonijiet tiegħek għax meta n-nies isegwu, ser jirrelataw miegħek aktar meta turi l-veru int!
Xi jmiss fil-karriera tiegħek u x’għandna nistennew minn Nicola?
Naħseb li l-pass li jmiss fil-karriera tiegħi jkun li nsir personalità tat-televiżjoni. Nixtieq ukoll li xi darba nsir mudella professjonali u nidħol fid-dinja tar-reċtar! Sa issa iffirmajt kuntratt ma’ talent management agency u qed nittama li niffoka fuq kollaborazzjonijiet ma’ ditti u ma’ tal-ivjaġġar! Ħafna affarijiet ġodda u sbieħ ġejjin daqt!
Instagram/nicolarachelwarr