Inħolqot petizzjoni favur persuni dijabetiċi li għandhom aktar minn 21 sena, biex huma wkoll jibbenefikaw immedjatament minn apparat importanti li jgħinhom kontra d-dijabete.
Il-petizzjoni hi kontra li l-etajiet ta’ persuni li ħa jirċievu s-servizz b’xejn ta’ dan l-apparat ikunu estiżi biss għal bejn 17 u 21 sena. “Li tillimita sal-eta ta’ 21 sena se ċċaħħad lil bosta adulti akbar li għandhom bżonn dan l-apparat importnati.”
Il-petizzjoni ssemmi kemm hi diffiċli immens għal dawn il-pertsuni li għandhom sa 40 sena biex iħallsu għas-servizz ta’ dan l-apparat. Fil-fatt din tiswihom bejn €150 u €300 jiddependi liema apparat. “Is-CGM hija ħtieġa importanti biex tikkontrolla d-dijabete u żgur mhux lussu.”