Eileen Montesin dejjem narawha tapprezza l-ħbiberija onesta li tkun bniet ma’ ħbieb, eks kollegi li b’xi mod jew ieħor ħadmet magħhom fil-passat. Iktar u iktar meta terġa’ tinzertahom jew anke taħdem magħhom.
Fi proġett li ħa tkun qed tipparteċipa fih, Eileen kellha ċ-ċans terġa’ tiltaqa’ ma’ personalitajiet maħbuba, fosthom, Tonio Vella, Fabian Scerri De Carlo, Ron, Jamie Cardona, Brian Farrugia, u Ray Calleja.
Hi qasmet ritratt ma’ Ray Calleja, li ħadem bħala attur f’żewġ produzzjonijiet tagħha fosthom Undercover u KC.
Kemm hu sabiħ tara armonija bejn persuni pubbliċi li lkoll tant jaqsmu t-talent tagħhom għall-pubbliku!