“Li Titlef Omm Hija Waħda Mill-Ikbar Dwejjaq Li L-Qalb Tista’ Tkun Taf” – Colin Aquilina

Colin Aquilina, is-CEO ta’ ROCS Group u preżentatur ta’ Tista’ Tkun Int, għadu kif ħabbar it-telfa t’ommu, li ħallietna fl-età ta’ 74 sena.

Fuq il-midja soċjali, hu kiteb, “L-imħabba ta’ omm hija dejjem ma’ wliedha. Li titlef omm hija waħda mill-ikbar dwejjaq li l-qalb tista’ tkun taf. Imma t-tjubija tagħha u l-għerf tagħha jgħixu bħal wirt ta’ mħabba li dejjem tkun magħna.”





Colin tenna: “Illum kienet ġurnata li niftakar għall-bqija ta’ ħajti. Meta rajtek titlaq b’dik il-ġentilezza ħassejtni bla saħħa. Int kont u tibqa’ dejjem f’qalbna. Dejjem grat li dejjem kont hemm għalina lkoll.”



“Aħna se ngħożżu għal dejjem it-tagħlim tiegħek, il-mod sempliċi tiegħek biex tiddistingwi t-tajjeb mill-ħażin, l-imħabba tiegħek għall-iżvilupp personali, l-isforz kontinwu tiegħek biex tara lilna lkoll kuntenti, il-konvinzjoni tiegħek biex tara lilna lkoll nirnexxu u fuq kollox id-dedikazzjoni mingħajr paragun tiegħek għall-familja tagħna.”

“Inħobbok Ma, jalla tistrieħ fil-paċi,” spiċċa Colin. Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ din ix-xwejħa.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI