Il-paġna tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fuq Facebook għadha kif ippubblikat mappa tal-kwalità tal-ilma fil-bajjiet Maltin. Dan ifisser li ġew żvelati l-bajjiet kollha ta’ Malta li għandhom kwalità tal-ilma mill-aqwa.
Il-mappa tiżvela liem bajjiet għandhom ilma eċċellenti, tajjeb, tajjeb biżżejjed, ħażin jew mhux klassifikat. B’aħbar tajba jidher li kważi l-bajjiet kollha ta’ Malta ġew ikklassifikati li għandhom ilma eċċellenti.
Ma jidher li hemm l-ebda bajja li għandha ilma ħażin. Aħbar tajba oħra għal-lum!