Veterinarji u infermiera li jaħdmu magħhom żvelaw ir-razza ta’ klieb li qatt ma jrabbu. Morgan taħdem fi klinika tal-veterinarji fl-Amerika staqsiet lil 16-il membru tal-istaff fejn taħdem din il-mistoqsija: “Int li taħdem fil-mediċina veterinarja, liema razza ta’ kelb qatt ma trabbi?”
Infatti sitta vvutaw ir-razza German Shepherd bħala r-razza li joqogħdu ‘l bogħod minnha. It-tieni razza l-aktar popolari kienet l-English Bulldog u l-Husky filwaqt li oħrajn qalu li ċ-Chihuahua, il-Beagle u l-Weimaraner kienu fuq il-lista tagħhom li ma jrabbux.
Il-filmat umoristiku raw aktar minn 5 miljun darba, iżda dawk li jħobbu l-klieb mhux kollha ħadu gost b’dan il-filmat. X’taħsbu dwaru?
@amgee6 After working in #vetmed what breed of dog would you never own? #fyp #dogbreeds ♬ Spinning Monkeys – Okasansan08