Is-serje Squid Game sar fenomenu mad-dinja kollha u baqa’ fin-numru 1 f’Malta minn meta ħareġ. Probabbilment, kulħadd f’Malta u Għawdex rah! Imma x’jiġri kieku is-serje sar f’Malta … x’kienu jkunu l-logħob?
Logħba ta’ reklutaġġ: Tlett Karti
Fis-serje intlagħab Ddakji biex jirreklutaw in-nies. F’Malta, Ddakji tkun Tliet Karti, logħba tal-imħatri li tinvolvi tliet karti.
L-ewwel logħba: Regatta
L-ewwel logħba fis-serje kienet Red Light, Green Light. Immaġinaw kemm ikun iktar diffiċli jekk tintlagħab bid-dgħajjes tar-Regatta!
It-tieni logħba: Qagħaq Tal-Għasel
It-tieni logħba fis-serje kellha t-tinqix ta’ forom mix-xehda (Ppopgi). Filwaqt li f’Malta m’għandniex logħba simili, dak li kikeu jsir hu li jrid jinħareġ l-għasel mill-qagħqa mingħajr ma tinkiser.
It-tielet logħba: Il-Gostra
Għalkemm it-tug of war kienet tintlagħab f’Malta, minflok kieku tintlagħab xi ħaġa aktar tradizzjonali: il-Gostra, li tinvolvi ġirja fuq arblu żejtni biex jinqabdu tliet bnadar
Ir-raba’ logħba: It-Tiġieġa L-Għamja
Anke ż-żibeġ kienu popolari ħafna f’Malta bħal ma ġara fis-serje, iżda ir-raba’ logħba kieku tkun it-tiġieġa l-għamja. Il-plejer ikollu l-għajnejn mgħottija u jintbagħat jiġri wara l-oħrajn, li jittantaw lill-plejer biex jaqbadhom. Kull min jinqabad…
Il-ħames logħba: Passju
Fis-serje lagħbu jgħaddu fuq madum tal-ħġieġ li faċilment jinkiser. Immaġinaw kieku din tkun passju fuq il-ħġieġ!
L-aħħar logħba: Xixu
Il-logħba titulari Squid Game f’Malta tkun Xixu. Il-plejer jolqot biċċa injam żgħira b’għodda. Hekk kif titnieda fl-arja, il-plejer l-ieħor jiġri biex jaqbadha.
X’taħsbu? Tirbħuhom?