Fuq il-midja soċjali, l-AAA, organiżazzjoni li b’mod regolari taħdem sabiex issalva u tgħin annimali abbandunati, tkellmet dwar il-ħidma tagħha matul dawn l-aħħar jiem.
Spjegaw kif għadhom kif sabu ġeru abbandunata f’għalqa iżda b’xorti tajba, fl-istess jum li sabuha, sabu wkoll familja li lesta sabiex taddottaha.
L-AAA spjegat li din il-ġeru tant hi żgħira li suppost għadha m’ommha u ma’ ħutha iżda jirrikonoxxu li sfortunatament, ir-realtà kienet differenti.
Issa li tinsab f’idejn l-AAA, din il-ġeru qed tingħata l-għajnuna u l-ikel kollu li għandha bżonn.
Facebook / AAA