Lil Angele dejjem issibha hemm sabiex tagħti l-għajnuna lil dawk in-nies li huma fil-bżonn.
Illum Angele, flimkien ma xi nies oħra ser tkun qed tqassam xirja li tinkludi diterġenti, ħrieqi u ħafna affarijiet oħra ta’ bżonn għad-dar lil omm li tinsab fil-bżonn sabiex din tkun tista’ tqum fuq saqajha.
Barra minn hekk, ser iħallsulha wkoll ‘injection’ għat-tifla tagħha li għandha l-ġidri.
Angele irringrazzjat lil dawk il-persuni li qiegħdin jgħinu f’dan il-każ.