Permezz ta’ messaġġ ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu, l-attur u kantant lokali Lawrence Gray awgura lil martu l-għażiża f’jum għeluq sninha.
Hu kitbilha, “Lil imħabbti u saħħti, lil ħajti, il-ferħ tiegħi, il-mara sabiħa tiegħi Maronia, illum hi l-ġurnata speċjali tiegħek, għeluq sninek. Apparti għeluq snin mill-isbaħ, nixtieq nirringrazzjak talli tlaħħaq miegħi, tieħu ħsiebi, tappoġġjani, u dejjem tkun hemm għalija u għat-tifel tagħna Liam. Int tikkumplimentani u għalhekk inħobbok. Gawdi l-ġurnata tiegħek qalbi, u ibqa’ tbissem għaliex fit-tbissima tiegħek nara dinja aħjar, bħal dejjem.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali u nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha!
Facebook / Gray Lawrence