"Lil Mara Li Ħadd Ma Jista’ Joħdilha Postha" – Henry Galea

Henry Galea magħruf għad-ditta tal-irtokk tiegħu u għal make up mill-aqwa li jagħmel jgħaddi messaġġ mill-isbaħ lill-għażiża ommu li llum tagħlaq 40! Hu jikteb, “Tafu dak li jgħidu, il-ħajja tibda mal-40 hux? Ukoll fil-każ tiegħek, huwa aktar veru… tħares lura taf l-ammont ta’ sagrifiċċji li kellek tagħmel biex tqum. Wieħed jista’ jgħid li int għext l-aqwa snin ta’ ħajtek għalija, sempliċement biex ittini ħajti.”





Hu jkompli jgħid, “Int mara tant b’saħħitha u indipendenti, iżda l-aktar importanti, int omm b’saħħitha u indipendenti. Issa naf fejn nieħu s-sens tat-tmexxija tiegħi u għaliex jien daqshekk indipendenti, għaliex dejjem kelli lilek bħala l-irwol mudell tiegħi. Żmiena żgur li mhux faċli, u konna niġġieldu u niġġieldu aktar … imma l-ġlied ġej minn post ta’ mħabba, u dik hija l-iktar ħaġa importanti li hemm.”

Hu jagħlaq, “Ngħidlek issa … Nagħtik il-kelma tiegħi li t-tarbija tiegħek Henry se ssir waħda mill-ikbar intraprendituri ta’ Malta, u allura, ħajtek tibda tassew ta’ 40. Ma nistax nistenna biex nara x’hemm maħżun fil-futur. Anki jekk ma nibgħatlekx messaġġi daqs kemm kont, jew ma nagħtikx ħin biżżejjed kif kont nagħmel qabel, dejjem kun af li int qiegħda f’moħħi u f’qalbi.”

Facebook / Henry Galea



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI