Wara xhur sħaħ bl-ajruport magħluq minħabba l-pandemija, llum reġa’ nfetaħ! Mistenni li jsiefru l-ewwel Maltin u jaslu fil-gżira tagħna l-ewwel turisti. Kien għal dan li l-Ministru tat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli sellmet lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam turistiku.
“Lill-eluf ta’ ħaddiema fis-settur turistiku: il-ħidma t-tajba. Hekk kif illum Malta tiftaħ mill-ġdid il-bibien tagħha lit-turist, nagħmlu dan b’imħabba, bi tbissima…bi kburija li se nservu u nospitaw mill-ġdid f’isem Malta” tikteb Julia fuq il-mezzi soċjali.
Għat-turisti kollha li ġejjin Malta qed jiġi reklamat dawn il-punti. L-Awtoritajiet tas-saħħa qed iħeġġu sabiex jaħslu idejhom ta’ spiss għal 20 sekonda. Jipprattikaw d-distanza soċjali. Jilbsu l-visor/maskra fejn hu neċessarju u jżommu l-etika respiratorju. Turisti huma mħeġġa wkoll sabiex josserva l-marka tal-Compliant Certificate u jmorru jieklu f’dawk ir-ristoranti biss li għandhom din il-marka.