"Lill-Poplu Ħalluh Kwiet… Hemm Nies Hemm Barra Qegħdin Ibatu Fis-Skiet" – Nicholas Borg Bonaci Jiġbed L-Attenzjoni

Bħalissa kulħadd jinsab mimli tensjoni u dan bir-raġun. Madanakollu Nicholas John Borg Bonaci ħass li għandu jxerred appell mill-qalb biex wieħed iqis aktar dak li jgħid speċjalment dwar xi ħaġa sensittiva li hemm min qed ibati minħabba fiha aktar minn oħrajn.

“Ejja nibqgħu nisimgħu lil min jifhem, ejjew inkomplu nibqgħu kalmi u nieħdu ġurnata b’ġurnata. Dawk li forsi dejjem ikunu ta’ quddiem biex iffajjru ċiefri żommu pass lura. Il-poplu ħalluh kwiet ħalli jerfa’ responsabilità. Hemm nies hemm barra qegħdin ibatu fis-skiet. Ejjew inkunu Aktar responsabbli.” jikteb Nicholas.

Hu jsemmi fost l-oħrajn l-esperjenza tal-lockdown fejn il-ħwienet eċċ bdew jingħalqu. Kienet xi ħaġa li lilu affettwatu wkoll.





Prosit Nicholas għal dan il-messaġġ! Li nkunu aktar sensittivi għal xulxin u kelma negattiva nevitawha, naħseb li dejjem ser tkun ta’ ġid!

Facebook/ Nicholas John Borg Bonaci



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI