“Lirika, Ilħna U Sentiment Qed Jiltaqgħu Biex Joħolqu Mumenti Li Dalwaqt Se Naqsmu Mal-Pubbliku.” – The Voice Lab

The Voice Lab taħt id-direzzjoni ta’ Claudia Magrin, bħalissa qed jippreparaw għall-kunċert ferm interessanti. Kunċert li se jakkumpanja wkoll it-tnedija ta’ ktieb mill-awtur prolifiku Malti Paul Ellul. Paul se jkun qed iniedi l-ktieb Nistħajlek Hawn, ktieb mimli bil-kanzunetti li ħareġ tul dawn l-aħħar snin.



The Voice Lab qasmu messaġġ fejn kitbu, “Prova tal-kor għall-avveniment li ġej fit-28 ta’ Frar, it-tnedija tal-ktieb Nistħajlek Hawn ta’ Paul Ellul. Lirika, ilħna u sentiment qed jiltaqgħu biex joħolqu mumenti li dalwaqt se naqsmu mal-pubbliku. Onorati li llum kellna magħna lil Paul stess u eċitati għal li ġej… narawkom daqt!”



Dan se jkun it-tieni ktieb li l-awtur Paul Ellul se jkun qed joħroġ, l-ewwel wieħed kien iġib l-isem ta’ Fejn Staħbejtli li wkoll kien jinkludi ġabra ta’ kanzunetti li ħareġ l-awtur tul is-snin, fosthom il-kanzunetta li m’għandha bżonn ta’ ebda introduzzjoni, il-kanzunetta rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2001 ta’ Ira Losco Fejn Staħbejtli, kanzunetta li kellha kompożizzjoni ta’ Mro. Mark Spiteri Lucas.



Wieħed jista’ jattendi din it-tnedija billi jidħol fil-ħolqa t’hawn taħt. Il-postijiet huma limitati u kull qligħ se jkun qed imur għal għan nobbli. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Paul għal din it-tnedija. Ħerqana biex nassisstu għal din iċ-ċelebrazzjoni.

Ritratti:

Facebook / Paul Ellul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI