Fuq il-paġna tagħhom Ilwien, Janice u John Busuttil kemm-il darba jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ta’ ġenituri mas-segwaċi tagħhom, u fl-istess ħin bla ma jridu jispirawhom b’drawwiet sbieħ tagħhom.
Waħda minnhom kienet dik li qassmu dal-aħħar, fejn iċ-ċkejken Giuseppe qed jgħinhom fix-xogħol tad-dar. “Lit-tfal trid tħallihom jipparteċipaw fix-xogħol tad-dar biex jitgħallmu, u hekk għamilna ma’ Giuseppe…”
Iċ-ċkejken jidher jagħti sehmu, anke jekk ftit, waqt li qed jarmaw l-għamara għall-play corner fil-kamra tiegħu. Hekk hu infatti, kemm hu sabiħ li nderru lil uliedna jagħtu l-kontribut tagħhom fid-dar fejn qed jgħixu, u fix-xogħol li jsir min-nies li tant iħobbuhom.