"Lok Għal Abbużi Minn Individwi Jew Gruppi Ta' Nies" – Kif Hawn Min Ma Jistħix?

Is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ Malcolm Paul Galea għadda messaġġ importanti… messaġġ lilna lkoll li nħobbu lil din artna. Jidher li hawn min jiġi jaqa’ u jqum, ma jagħtix kas l-isforzi li qed isir minn ħaddieħor u flok jara li jkollna ambjent sabiħ u nadif, jara kif ħa jniġġsu.

Is-Sindku jikteb, “Ħaż-Żebbuġ, bħal diversi rħula tal-madwar bħal ma huma r-Rabat, is-Siġġiewi u Ħad-Dingli, huwa mdawwar b’pajsaġġ naturali. Sfortunatament, dan jagħti lok għal abbużi minn individwi jew gruppi ta’ nies… Għandna bżonn iktar ko-operazzjoni. Nirrabja li individwi jitfgħu dell ikrah fuq l-poplu kollu Malti. Nixtieq li jsiru rapporti lill-pulizija, mhux biss lill-kunsilli fejn ikun hemm xi suspetti. Minn naħa tagħna mhux faċli jitwaħħlu cameras f’areas daqshekk vasti u bogħod mill-bini.”

Hu jaqsam ritratti ta’ ħerba li ħallew ċerti nies li m’għandhom ebda rispett lejn art twelidhom. Hu jkompli jgħid, “Bħala kunsilli noffru servizzi ta’ bulk refuse. Hawn ukoll diversi Civic Amenity Sites, bl-eqreb waħda tagħna tkun dik ta’ Ta’ Qali. Insibu sapport kbir minn Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division, li jgħinuna fit-tindif ta’ dawn l-postijiet kull meta nitolbu l-għajnuna tagħhom u ta’ dan nirringrazzjahom.”

Hu jagħlaq b’appell importanti, “Nappella lill-awtoritajiet biex jgħinuna permezz ta’ sorveljanza f’postijiet magħrufin (ġewwa Ħaż Żebbuġ, dan il-post għadu kif tnaddaf il-ġimgħa l-oħra stess!), datatrek ta’ vetturi li jintużaw fil-kostruzzjoni (u sorveljanza tagħha) u passi serji lil min jinqabad li qed jagħmel dawn l-abbużi.”

Hekk għandu jkun! Forsi min fl-aħħar jinqabad iħammeġ, jiġi kkastigat kif tassew ħaqqu.





Facebook / Tabib Malcolm Paul Galea



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI