Lorry Schembri Tal-Arloġġi Bi Żjara Ta’ Koteżija Lill-E.T. President Myriam Spiteri Debono Fil-Palazz Ta’ Sant’Anton

Lorry u Myriam Spiteri Debonoi

Lorry Schembri tal-Arloġġi huwa magħruf għall-ġesti sbieħ li jagħmel biex iferraħ lil ħaddieħor, speċjalment persuni li jkunu għaddew minn xi mumenti diffiċli.

“L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lil Lorry Schembri, magħruf bħala tal-arloġġi, għal żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Waqt din il-laqgħa, Schembri spjega lill-President li l-passjoni tiegħu li jagħmel l-arloġġi nibtet wara l-mewt ta’ bintu, u fl-aħħar ħames snin huwa għamel mal-2,200 arloġġ.”

Lorry normalment jirregala dawn l-arloġġi personalizzati lil dawk li jkunu tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom, u dan ikun memorja sabiħa tagħhom.

Prosit bħal dejjem Lorry!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI