Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Love Island Malta tħabbar li l-programm Malti huwa r-raba’ l-iktar segwit minn madwar id-dinja. Qabilna hemm Love Island tal-Awstralja fit-tielet post, tal-Istati Uniti fit-tieni post u tar-Renju Unit fl-ewwel post.
“Din hija aħbar enormi għal Malta! Aħna kburin immens b’dan is-suċċess u rridu ngħidu grazzi enormi lis-segwaċi mill-aqwa tagħna għall-appoġġ inkredibbli tagħhom! Prosit lit-tim kollu ta’ Love Island Malta – ilkoll għamiltu xogħol inkredibbli!”
Huma jfakkru li t-tielet staġun ser ikun qed jirritorna għas-sajf li ġej.