Ninsabu 12-il jum bogħod mill-festa ta’ solidarjetà – L-Istrina. Avveniment li jkunu qed jistennewh tant Maltin u Għawdxin, li fih jingħaqdu biex jagħtu donazzjoni għal Malta Community Chest Fund. Din il-komunità kienet, għadha u bl-appoġġ tagħna tibqa’ tgħin lil tant persuni u familji!
“Lucas kellu bżonn operazzjoni tal-qalb urġenti qabel ma twieled. Wara li salva minn għadd kbir ta’ operazzjonijiet, iċċelebra l-ewwel għeluq sninu fi sptar. Issa li għandu 5 snin, Lucas huwa mimli enerġija u ferħ. Supereroj żgħir bi tbissima kbira.”
Nawgurawlek ħafna saħħa, hena u kulma tixtieq qalbek għażiż Lucas!
Facebook/ L-Istrina