Lucy tal-Granada u Lucy tal-Jubilee Bar Kienu Fost In-Nisa Li Kienu Jmexxu L-Ħwienet Tal-Baħrin – Tiftakar Xi Oħrajn?

Post li ppubblikat il-paġna Strada Stretta reġgħet qanqlet memorji ta’ żmien partikolari fil-qalba tal-Belt Valletta, meta Strada Stretta kienet ċentru ħaj ta’ attività marbuta mal-baħrin u s-suldati.

Skont din il-post, fi Strada Stretta kien hemm diversi nisa li kienu jmexxu ħwienet frekwentati mill-baħrin. Dawn in-nisa kienu parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum ta’ din iż-żona, li kienet mimlija moviment u interazzjoni bejn nies minn kulturi differenti.

Fost dawn jissemmew tnejn magħrufa: Lucy tal-Granada u Lucy tal-Jubilee Bar, li kien jinsab fil-Gżira, faċċata tal-pont ta’ Manoel Island.

Dawn kienu nisa magħrufa sew ma’ dawk li kienu jżuru dawn il-postijiet, u isimhom għadu jissemmà sal-lum minn min jiftakar dawk iż-żminijiet.

Ir-ritratt li jakkumpanja l-post, attribwit lil Sean Mizzi, jkompli jsaħħaħ din il-ħarsa lura lejn passat li għal ħafna jibqa’ mimli stejjer u nostalġija. Il-paġna tagħlaq b’mistoqsija lill-qarrejja.

“Tiftakarhom? Tiftakar nisa oħra jmexxu ħwienet tal-baħrin? Kienu joqogħdu mijiet ta’ suldati Tigné u Manoel Island. Apparti l-fregati n-naħa ta’ Tas-Sliema u submarines maġenb Lazzarett.”

Għidulna fil-kummenti f’dak il-każ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI