Luke Dalli Bl-Isbaħ Xewqat Għal Ommu Helena – Awguri!

Illum jaħbat għeluq snin Helena Dalli! Lil Helena ħafna nies ħallewlha xewqat sbieħ għal dan il-jum fuq il-midja soċjali, fosthom binha  Luke Dalli. Luke xtaq jiktbilha messaġġ qasir iżda mill-qalb fejn isejħilha mhux biss omm, iżda ħabiba tal-qalb.

“Awguri enormi f’għeluq sninha lill-ħabiba tiegħi tal-qalb, li ninsab kburi li nsejħilha wkoll ommi. Inħobbok.” Luke xerred anke ritratt riċenti tagħhom flimkien, tiegħu u ta’ ommu l-għażiża. Ħafna segwaċi u ħbieb ħallew ix-xewqat sbieħ tagħhom fil-kummenti.

Awguri mill-qalb Helena!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI