Matul il-ħmistax li għaddew ċertament li hawn ħafna li rnexxielhom isibu ħin aktar mis-soltu mal-familjari u mal-għeżież, jekk hux xi ikla sabiħa jew xi safra memorabbli.
Din il-ġimgħa kienu ħafna li rritornaw għar-rutina tas-soltu, iżda bla dubju li għandhom aktar memorji x’jgħożżu f’ħajjithom.
Il-preżentatur James Aaron Ellul qasam memorja ta’ żmien il-festi, b’waħda minnhom safra fl-Iskozja u fl-Ingilterra.
“Lura fir-rutina wara li għalaqna s-sena u bdejna l-ġdida fit-tgawdija ta’ aktar ħin mal-familja fl-Iskozja u fl-Ingilterra – kien hemm ftit ksieħ mhux ħażin. Inkomplu l-ħidma,” jikteb James Aaron.
Nawgurawlu ħafna suċċessi għas-sena li ġejja u aktar ħin prezzjuż mal-familja!
Facebook/ James Aaron Ellul