“M'Għandix Dubju Li Tinsab Kuntenta Ħafna Għax Xewqtek Seħħet Realtà. Dik Li Tingħaqad Mad-Daddy … Strieħu Fis-Sliem Oħt” – L-Attur Michael Stivala

L-attur lokali Michael Stivala fakkar il-memorja ta’ persuna tant u tant għażiża għalih li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem sentejn ilu. Hu jikteb, “Sentejn. Wara li tlaqt sirt matur aktar milli kont u responsabbli kemm għal mummy u anki għal Jack.”





Hu jkompli jżid, “M’għandix dubju li tinsab kuntenta ħafna għax xewqtek seħħet realtà. Dik li tingħaqad mad-daddy. Kompli żomm ħarstek fuq dawk in-nies li jħobbuk u jagħmlu ħafna ġid magħna imma l-iktar fuq uliedek. Strieħu fis-sliem oħt.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tagħhom. Komplu ħarsu fuq il-maħbubin tagħkom.

Facebook / Michael Stivala



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI