M'Hemmx Żmien Aħjar Biex Tagħmel Investiment F'Karozza Ġdida! – Ara Kif Tista' Tibbenefika Minn Diversi Offerti!

Issa ċ-ċans tiegħek biex tieħu vantaġġ mill-offerti speċjali ta’ Kind’s fuq il-firxa sħiħa ta’ karozzi Renault u Dacia, kemm fuq vetturi li jinsabu fl-istokk, kif ukoll fuq vettura li jridu jiġu ordnati mill-ġdid!

Wieħed jista’ jżur is-showroom tagħhom f’Ħal Lija jew inkella ġox-Xewkija f’Għawdex matul il-ġimgħa ta’ bejn it-13 u t-18 ta’ Settembru, fejn ħa jkunu qed jorganizzaw Open Week u dak li jkun jista’ jiffranka sa €5,000 fuq ir-Renault il-ġdida jew jibbenefika minn offerti speċjali fuq id-Dacia.



Renault

  • ZOE
  • Clio
  • Captur
  • Kadjar
  • Megane
  • Arkana



E-Tech: Skopri l-Hybrid mir-Renault – Ikseb il-benefiċċji tal-elettriku mingħajr ma jkollok bżonn tqabbad il-karozza tiegħek mal-elettriku, grazzi għar-Renault. Dan għaliex is-sistema tas-sewqan Hybrid E-Tech tgħaqqad il-magna tradizzjonali ma’ żewġ magni elettriċi u batterija. Is-sistema tuża enerġija li tiġi minn meta wieħed jagħfas il-brejk.

Dan inaqqas il-konsum sa 40% meta mqabbel ma’ vettura li taħdem bil-fuel biss. Il-magna E-Tech hija disponibbli fuq il-mudelli ewelnini tagħhom, hekk wieħed jista’ jibbenefika minn sewqan elettriku mingħajr ma jikkomprometti fuq id-disinn jew is-saħħa tal-mudell favorit tiegħek.



Dacia

  • All-New Sandero
  • All-New Sandero Stepway
  • Duster

Bi-Fuel huwa l-isem għall-magni tad-Dacia li jaħdmu bil-petrol u l-LPG (Likwidu tal-Petroleum Gas). L-LPG huwa miżjud ma’ magna tal-petrol eżistenti billi jintegraw sistema ta’ injezzjoni. Il-bidla mill-petrol għall-LPG, u viċi versa hija sempliċi ħafna. Infatti dan jista’ jsir jew manwalment jew awtomatikament (meta t-tank tal-LPG ikun vojt). Strument tal-kejl apposta jgħinek tissorvelja l-livell tal-LPG fit-tank tiegħek u turi d-distanza tas-sewqan li fadal. Teknoloġija li hija ppruvata, sigura, sempliċi u tagħmel is-sewqan tiegħek aktar effettiv billi ma tonfoqx ħafna.

Kinds qed joffru dan u aktar. Dan hu ċans uniku fejn tista’ tixtri l-karozza ġdida tiegħek matul din il-ġimgħa tant mistennija minn bosta! L-offerti huma validi fuq xiri li jiġu kkonfermati matul dawk il-jiem. Huma jgħidu wkoll li qed jaċċettaw ukoll skambju.

Jekk imħajjar għal wieħed minn dawn il-mudelli sbieħ, effiċenti u meravlijużi li semmejna hawn fuq inħeġġukom biex tagħmlu kuntatt ma’ Kind’s sabiex tibbukkjaw it-test drive tagħkom għal dawra pjaċevoli li tagħtik togħma ta’ dak li ħa tkun qed tesperjenza ta’ kuljum jekk tagħmel dan l-investiment.

Int tista’ wkoll tirċievi l-kwotazzjoni personalizzata tiegħek u tibbenefika minn dawn l-offerti fantastiċi. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit ta’ Kind’s Auto Sales Ltd billi jidħol HAWN.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI