Hekk kif għada nibdew ix-xahar t’Awissu, tista’ tgħid li l-eqqel tas-Sajf huwa magħna. Dan ifisser li wasal iż-żmien biex pajjiżna jaffaċja l-ogħla temperaturi tas-sena. Allura x’għandna nistennew dan il-weekend?
Il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna żvelat li għada t-temperatura se titla’ għal massimu ta’ 36°C, b’riħ moderat u kultant ftit qawwi. Minkejja dan, wieħed hu mitlub joqgħod attent għax it-temperatura jaf tinħass sħuna daqs 42°C!
Għal nhar il-Ħadd, għandna nistennew l-istess temperatura, b’riħ ħafif u varjabbli. Huwa tajjeb li kemm jista’ jkun wieħed joqgħod fid-dell, jixrob ħafna ilma u juża krema kontra x-xemx.
Instagram/Joseph Galea