“Ma Bsartx Li Stajna Konna Aħna Li Nqattgħu 300 Siegħa Flimkien Biex Flimkien Intellgħu Mużika Mużika” – Keith Demicoli

Wara li lbieraħ waslet fi tmiemha is-sitt edizzjoni ta’ Mużika Mużika, fuq il-midja soċjali tkellem wieħed mill-preżentaturi ta’ din l-edizzjoni – Keith Demicoli.

Tkellem dwar kif is-serati ta’ dan il-festival li ttellgħu matul dawn l-aħħar jiem kienu frott ħidma ta’ 300 siegħa sħaħ li matulhom spikka dejjem l-għan tal-erba’ preżentaturi li joħolqu “filmat, kontenut u skript mexxej u friskli jagħti gost lil kulħadd”.

Keith esprima l-gratitudni tiegħu lejn kull min kien parti minn dan il-festival u rringrazzja wkoll lil martu Alexia tal-appoġġ li tatu matul dawn l-aħħar xhur sabiex il-festival Mużika Mużika seta’ jieħu l-ħajja wara tant ħidma u xogħol.







Ritratti:

Facebook / Mużika Mużika

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI