“Ma Għandi L-Ebda Idea X’kont Nagħmel Mingħajrek Speċjalment F'dawn L-Aħħar Ftit Ġimgħat” – Romina Mamo Lil Ommha

Tard ilbieraħ filgħaxija, Romina Mamo kitbet messaġġ ħelu sabiex tawgura lil ommha f’għeluq sninha. Fil-ġimgħat li għaddew, Romina għadha kif saret omm hi wkoll u l-għajnuna mingħand l-għażiża ommha żgur li hi apprezzata mmens.

Romina lil ommha kitbitilha, “Happy Birthday lill-mamà mill-isbaħ u tal-ġenn… l-ewwel wieħed bħala nanna. Ma għandi l-ebda idea x’kont nagħmel mingħajrek speċjalment dawn l-aħħar ftit ġimgħat. Ħafna tgħanniq, bews u daħk mit-tarbija Elena u minna lkoll. Inħobbuk immensament.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlha l-isbaħ xewqat mhux f’għeluq sninha biss imma tul is-sena kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI