Lil Yazmin Helledie nafuha bħala parti mid-dwett Yazmin & James, li ħadu sehem fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta. Illum Yazmin u l-familja tagħha ingħataw aħbar li se jibqgħu jgħożżu għal dejjem – omm Yazmin, Rosette Helledie, fieqet mill-kanċer!
“Wara l-iktar xhur diffiċli ta’ ħajjitna, tlifna l-għadd ta’ kemm għamilna vjaġġi fl-isptar, ħafna dmugħ, ġranet u ljieli d-dar, itir lejn ir-Renju Unit waħdek, f’nofs pandemija… illum, eżattament sena qabel id-data l-ġdida tat-tieġ tagħna, ikollna din l-aħbar inkredibbli!” kitbet hi fuq il-midja soċjali.
“Ma, qatt ma tieqaf tiskantani! Taghmel għaġeb fuq kollox imma imbagħad l-qlubija tiegħek meta ż-żminijiet isiru serjament iebsa hija xi ħaġa spettakolari. Ma nistax nistenna biex niċċelebra t-2 ta’ Ottubru għal dejjem!”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Rosette ta’ din l-aħbar tant sabiħa. Ħaqqek tiċċelebra u tgawdi bil-mod kif tista’. Aħbar li żgur se tibqa’ tgħożż f’qalbek għal dejjem.
Facebook/Yazmin Helledie