“Ma Jidhirx Li L-Virus Inxtered Minn Laboratorju” – L-Amerka U Ċ-Ċina B’Argumenti Dwar Minn Fejn Ġiet Il-Covid-19

L-ewwel każ tal-Covid-19 instab ġewwa Wuhan fiċ-Ċina lejn l-aħħar tas-sena 2019 u minn dakinhar ‘l hawn, fid-dinja nstabu aktar minn 168 miljun każ.

Għal bidu beda jingħad li dan il-virus ħareġ minn suq tal-ħut f’Wuhan, fejn dan wassal għall-ixjentisti fejn ħarġu b’teorija li l-virus mexa mill-annimali għall-bnedmin.

Iċ-Ċina qed tiġi akkużata mill-midja Amerikana li l-Covid-19 ħareġ minn laboratorju f’Wuhan imma dawn qed jiċħdu din l-akkuża u l-WHO kienu qalu li ma jidhirx li l-virus inxtered minn laboratorju, wara li żaru Wuhan.

Il-midja Amerikana qalet ukoll li jista’ jkun ukoll li l-virus ħareġ bi żball minn labortorju u mhux għax riedu joħorġuh.

Il-President Amerikan Joe Biden qal li se joħroġ ir-riżultat ta’ rapport li sar dwar l-oriġini tal-Covid-19.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI