Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The People of Malta laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ xi nies mill-Qrendi fejn tkellmu u qalu li jemmnu li għalkemm illum il-ġurnata jinsabu komdi, fil-passat xorta waħda kienu aħjar hekk kif kienu jifilħu aktar.
Huma qalu, “Fil-maltemp noqogħdu ġewwa naraw it-TV u bħal-lum, li fl-aħħar ħarġet naqra xemx, noħorġu ngawduha!”
Żiedu wkoll, “Illum ninsabu komdi iżjed, imma aħjar meta konna iżgħar! Għax konna nifilħu u b’saħħitna. Ma kellniex il-kumditajiet tal-lum, batejna ħafna… imma kellna iktar paċi!”