“Ma kien hemm Ebda Rapport Dwar L-Effett Li Tħalla Fuq Il-Ħut U l-Frott Tal-Baħar” – Jonathan Aguis

Jonathan Aguis, iħalli dawn ir-ritratti u osservazzjoni importanti dwar l-effett li ħalliet il-maltempata Harry fuq il-ħut u l-frott tal-baħar.

“Filwaqt li diversi aħbarijiet tellgħu artikli u filmati dwar il-konsegwenzi kiefra li ġabet magħha l-maltempata Harry ma kien hemm ebda rapport dwar l-effet li tħalla fuq l-annimali slavaġ. Il-mewġ bħal donnu reġġa’ l-arloġġ lura, elimina strutturi illegali u reġa’ rrestawra Għarl Lapsi għall-forma oriġinali naturali tiegħu. Ir-ritratti , (kontenut grafiku ta’ annimali mejta), huma xhieda ta’ annimali mejta fuq Pretty Bay f’Birżebbuġa, fejn tista’ kważi tissejjaħ il-bajja taċ-ċimiterju għaliex hemm mijiet jekk mhux eluf ta’ annimali salvaġġi li sfaw maqtula. Irnexxieli nsalva fireworm u ftit sea cucumbers.”

Saru kummenti dwar it-tip ta’ ħut li nstabu. “Fost dawn il-ħut mejta li nstabu kienu ċawl (pataflun), ċawluni (hafna), awrat (hafna), żewġ sparli, żabrija, burqax wiehed, u marzpan wieħed.” Kien hemm osservazzjoni oħra li tagħti ħjiel dwar possibbilta’ mhux daqstant pożittiva li hemm tnaqqis fil-biodiversita’ tal-fawna tal-baħar Malti.







Ritratti:

Ritratti – Jonathan Aguis

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI