“Ma Kienx Faċli Imma B’Sodisfazzjon Ngħid Li Dis-Sena Rnexxieli Niġbor €3,830 Għal Puttinu” – Gwen

Gwen għadha kif ħabbret li minkejja li ma kienx faċli dan il-Milied b’suċċess irnexxielha tiġbor is-somma ta’ €3,830 għal Puttinu Cares.

Dan hekk kif dan il-Milied, bħalma għamlet ukoll fis-snin preċidenti, Gwen ħadet l-inizjattiva li taħmi kwantità ta’ ħelu tal-Milied u l-flus li ġabret permezz tal-bejgħ tagħhom tathom lil Puttinu Cares.

“Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri tas-sapport, lil kull persuna li xtrat mingħandi kif ukoll lill-isponsors kollha li afdaw fija u li emmnu f’dan il-proġett,” kitbet Gwen bi gratitudni.



Prosit, Gwen!





Ritratti:

Facebook / Gwen’s Cooking Club

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI