"Ma Kienx Hemm Ġimgħa Li Ibni Ma Kienx Isemmi Lill-Għalliema…" – Pauline Agius

Pauline Agius tellgħet post ta’ min japprezzah. Ittra miktuba bl-id lil bina Ben mingħand l-għalliema fi tmiem is-sena skolastika li ntemmet qabel mill-aspett fiżiku minħabba l-pandemija tal-Covid-19. “Irrid ngħid li emozzjonajt ruħi naqraha!”, stqarret Pauline.

Kitbet li tul it-trobbija tagħha dejjem kienet mgħallma li tirrispetta lill-edukaturi f’ħajjitha u bħala ġenitur, taf biżżejjed l-impatt li huma jkollhom fil-ħajja tat-tfal. Kompliet tgħid li ma kienx hemm ġimgħa li Ben ma kienx isemmie lill-għalliema u lil sħabu tal-klassi.





Pauline żiedet tgħid ukoll li l-pandemija għallmitna ħafna affarijiet; waħda minnhom li mhux faċli tgħallem it-tfal mid-dar, tieħu ħsiebhom u fl-istess ħin iżżommhom ferħana u okkupati.

Pubblikament irringrazzjat lill-edukaturi kollha, il-carers tat-tfal, kindergarten assistants u l-LSEs tal-attenzjoni li jagħtu lit-tfal, daqs li kieku tagħhom. “Grazzi talli tagħmlu differenza!”, temmet tgħid Pauline!

Ritratt: Facebook/ Pauline Agius



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI