“Ma Kienx Makeup Jew Attention Seeking Bħalma Ħafna Qalu” – X’Kien Mela Dak it-Tbenġil Fuq Wiċċ Diandra!?

It-tiktoker Maltija Diandra, jew kif jafuha ħafna Ent Men Ent, riċentament tellgħet vidjo fejn fih tidher b’wiċċha mbenġel u tgħaddi messaġġ biex nies li għaddejjin minn ‘bullying’ jew xi tip t’ abbuż jagħmlu kuraġġ u jfittxu l-għajnuna. 

Hi rċeviet ammont ta’ kummenti u messaġġi fuq il-vidjo, kollha jsaqsu x’kien ġralha u ħafna assumew li seta’ kien makeup għall-iskop tal-vidjo. 

Fil-vidjo imtella’ minn Diandra iktar tard hi sserraħ moħħ is-segwaċi tagħha, billi tgħidilhom li dak it-tbenġil ma kien xejn ħlief ir-riżultat ta’ daqqa ta’ mobile li waqa’ fuq wiċċha waqt li kienet qed tużah fis-sodda! 

@entmenent

##balckeye ##injury ##update ##fyp ##foryoupage ##malta ##maltesetiktok

♬ original sound – Diandra💙

 

Madanakollu, terġa’ tgħaddi l-istess messaġġ u tixtieq li jkun hawn aktar ħarsien fuq il-vjolenza domestika, mentali u sesswali…

 

“Il-vidjo mhuwiex għall-attention seeking, għamiltu bħala awareness għal dawk in-nies li jiġu abbużati fiżikament, mentalment u sesswalment… Importanti guys li dejjem iċċemplu għall-għajnuna fuq 179 jew 112… toqogħdux tistennew li xi darba persuna ħa titbiddel”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI