Sfortunatament xi jiem ilu Sonia Demicoli ħabbret il-mewt ta’ ommha. Sonia tikteb messaġġ mill-qalb biex tesprimi kemm ħa tħoss in-nuqqas tagħha u kemm tfisser għaliha.
“Ma, kif se ngħajjatlek u mhux se tweġibni. Min se jsabbarni meta nsejjaħlek. Forsi qed noħlom jew realtà. Inħobbok Ma,” kitbet Sonia. Żewġha, Joe Demicoli, xerred il-messaġġ flimkien mar-ritratt tal-kunjata fuq il-profil tiegħu ukoll biex isellem il-memorja tagħha.
Kondoljanzi lil Sonia u lill-familjari kollha. Insellmu l-memorja ta’ ommha. L-aħħar tislima ser tingħatalha llum fit-15:00 ġewwa Ħaż-Żabbar.
Facebook/ Sonia Demicoli