“Ma Nafx Għaliex Imma Din Is-Sena Qed Ikolli Mumenti Tqal” – Is-Surmast Lelio Spiteri

Il-Kap tal-iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, Lelio Spiteri, huwa maħbub ħafna fuq il-midja soċjali għas-sinċerità tiegħu. Din id-darba tkellem dwar il-ġimgħa li kellu kif ukoll l-għalliema li dejjem jippruvaw jinkoraġġuh.





“Ikolli nistqarr li din il-ġimgħa li għaddiet ma kinitx faċli,” beda Lelio. “Ma nafx għaliex imma din is-sena qed ikolli mumenti tqal, fejn fost l-oħrajn, ikunu jridu jittieħdu deċiżjonijiet saġġi għall-ġid ta’ kulħadd. Biss biss għamilt is-swab test għat-tielet darba għax jimpurtani minn saħħet dawk ta’ madwari.”

“Iżda bħal dejjem, f’waqtiet bħal dawn, insib l-għalliema li mal-ewwel jindunaw li mhux kollox sew u li jaraw kif jagħmlu biex permezz ta’ kelma f’waqtha, taptipa fuq spallejja, tbissima sinċiera, ċajta tajba, jagħmluli kuraġġ… Nammira l-impenn u d-dedikazzjoni tal-edukaturi, il-ġenituri u l-istudenti nfushom.”



Hu spiċċa billi qal: “Il-jiem qed igerbu, il-Milied riesaq, Milied tant differenti għall-iskola tagħna, imma Milied ġenwin li qed jgħinna nirriflettu dwar is-sens veru ta’ din il-festa. Tmiem il-ġimgħa mill-aħjar lilek!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI