"Ma Nafx Kif Raġel Bħalek Twajjeb U Tgħin Lil Kulħadd Kellu Jbati U Jħallina" – Bint Is-Sindku Renald Falzon B'Qalbha Maqsuma

Wara t-telfa li ġarrbu l-qrabat u l-familjari tas-sindku maħbub Renald Falzon, bintu wkoll xtaqet tħallilu messaġġ b’erba’ kelmiet ta’ qsim il-qalb.

Pa, ma nistax nemmen li mhux ha nerġa’narak dieħel mill-bieb tad-dar u qatt mhu ħa nerġa’ nara dik it-tbissima fuq wiċċek fir-realtà. Ma nistax nemmen li mhux ħa jkollna iktar avventuri flimkien jew li mhux ħa jkolli iktar pariri minn tiegħek”

Svetlana ssemmi fost l-oħrajn il-qalb tajba li kellu missierha u kif kien dejjem lest biex jgħin lil kulħadd. “Ma nafx kif raġel bħalek twajjeb u tgħin lil kulħadd kellu jbati u jħallina qabel il-waqt”.

Kondoljanzi lil Svetlana u lill-familjari kollha!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI