Il-preżentaturi ta’ The Entertainers ser ikunu żewġ kantanti maħbubin immens u magħrufin minnkom ilkoll, Corazon Mizzi u Victorio Gauci. Victorio huwa l-kantant ewlieni fil-band The Crowns.
Hu xtaq jaqsam is-sentiment li qed iħoss hekk kif se jkollu l-opportunita li jippreżenta fuq it-televiżjoni. “Għadni fis-seba’ sema bir-rispons tagħkom ilkoll. Ma nistax nemmen li ser inkun qed nagħmel dan, u ninsab grat u tant ħerqan biex nagħtikom l-ewwel programm tas-seba’ staġun ta’ The Entertainers.”
Awguri mill-ġdid Victorio – ninsabu ċerti li ħa toħroġ bl-unuri!